Internazzjonali

Il-UE tappoġġja liġijiet tal-copyright

Il-Parlament Ewropew appoġġja liġijiet tal-copyright kontroversjali, bil-kritiċi jwissu li d-deċiżjoni kapaċi tibdel in-natura tal-Internet.

Ir-regoli ġodda, fost oħrajn, jippermettu li l-kumpaniji tat-teknoloġija jinżammu responsabbli għall-materjal li jispiċċa ċirkulat fuq l-Internet u mezzi oħra tal-media soċjali mingħajr permess xieraq tal-copyright.

Filwaqt li ħafna mużiċisti u artisti jsostnu li r-regoli ġodda se jaċċertaw ‘li l-artisti jkollhom kumpens xieraq għat-talenti tagħhom’ oħrajn jargumentaw li r-regoli jistgħu jagħtu ‘daqqa fatali’ lill-materjal popolari segwit – jew l-hekk-imsejjaħ user-generated content.

Id-Direttiva dwar il-Copyright kienet appoġġjata minn 348 deputat parlamentari, b’278 jivvutaw kontra. L-aħħar darba li l-liġijiet relatati spiċċaw emendati (qabel) kienet tmur lura għall-2001 — b’din il-leġislazzjoni tkun konkluża wara diversi reviżjonijiet.

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, intant, teħtieġ tkun approvata mill-Istati-membri tal-UE.