Lokali

AĠĠORNATA: Mutur involut f’inċident qrib l-ajruport

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni illum skidja bil-mutur b’kollox fi Triq l-Avjazzjoni Ċivili.

Kien għall-ħabta tal-9.45am meta l-Pulizija ġew infurmati li seħħ inċident f’Ħal Luqa fid-direzzjoni lejn l-ajruport, fejn vann pick-up tilef il-kontroll baqa’ dieħel f’arblu.

Net News hu infurmat li mad-daqqa’, l-arblu spiċċa f’nofs ta’ triq. Kaġun ta’ dan, mutur li kien ġej mill-istess direzzjoni tilef il-kontroll meta prova jevita l-istess arblu.

Is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 50 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza li waslet fuq il-post. Hu nstab li kien qed isofri min ġrieħi gravi.