Wara ż-żewġ inċidenti traġiċi tal-bieraħ, il-pulizija reġgħu issejjħu f’residenza fi Triq San Pawl, l-Imġarr għall-ħabta tat-8.00pm fejn sabu raġel ta’ 57 sena li kien waqa għoli ta’ sular.
Ir-raġel, li hu residenti l-Imġarr stess kien qed jagħmel xi xogħol meta seħħ l-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.
//= $special ?>