Futbol Sport

L-appell tal-kowċ nazzjonali Ray Farrugia qabel il-logħba kontra Spanja

Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia kompla jisħaq dwar l-importanza li l-pubbliku sportiv Malti jagħti s-sapport tiegħu. F’kummenti ma’ Net Sports, Farrugia qal li s-sapport għandu jkun hemm dejjem anki f’mumenti meta ma jiġux ir-riżultati.

Malta tilgħab illejla kontra Spanja fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali fid-8.45pm. Għal din il-logħba mistennija folla numeruża hekk kif il-biljetti tal-logħba nbiegħu kollha. Malta u Spanja rebħu l-ewwel logħbiet tagħhom fi Grupp F tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. is-Sibt li għadda, Malta rebħet 2-1 kontra l-Gżejjer Faroe u bl-istess skor Spanja rebħet kontra n-Norveġja.