Futbol Sport

Luis Enrique mhux se jmexxi lit-tim nazzjonali Spanjol kontra Malta

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ nazzjonali Spanjol Luis Enrique mhux se jkun qed imexxi l-iskwadra Spanjola llejla għall-impenn tagħhom kontra t-tim nazzjonali Malti. Dan wara li fi stqarrija qasira l-FA Spanjola ħabbret li Enrique kellu jħalli pajjiżna minħaba raġunijiet familjari. Huma talba biex tiġi rispettata l-privatezza tiegħu. L-assistent kowċ Robert Moreno se jmexxi t-tim illejla.

Il-kowċ ta’ 48 sena li beda jmexxi lit-tim Spanjol wara t-Tazza tad-Dinja li għaddiet, wasal f’pajjiżna flimkien mal-kontinġent kollu lbieraħ wara nofsinhar, u tkellem waqt il-konferenza stampa kif ukoll mexxa s-sessjoni ta’ taħriġ fl-Istadium Nazzjonali.