Futbol Sport

Magħżula l-finalisti tal-MFPA Awards

(Ritratt: maltafpa.com)

Għal sena oħra, il-Malta Football Players Association  se terġa’ torganizza l-MFPA Awards li se ssir fid-29 ta’ April. L-assoċjazzjoni ħabbret il-lista tan-nominati, b’dawk magħżula kienu l-plejers li lagħbu minimu ta’ 65% tal-minuta sal-21 ġurnata ta’ dan l-istaġun.

Għal plejer biex ikun nominat għall-unur tal-Aqwa Żagħżugħ, plejer ried ikun twieled fl-1996 jew wara, hu homegrown u ried jilgħab minimu ta’ 65% tal-minuta sal-21 ġurnata ta’ dan l-istaġun.

In-nominati kollha

L-Aqwa Gowlkiper Żagħżugħ:Jamie Azzopardi (Qormi), Jake Galea (Sliema W.), Andreas Vella (Mosta)

L-Aqwa Difensur Żagħżugħ:Juan Carlos Corbalan (Gżira United), Kurt Shaw (Sliema W.), Karl Micallef (Ħamrun S.)

L-Aqwa Midfielder Żagħżugħ:Jake Grech (Hibernians), Dunstan Vella (Hibernians), Yannick Yankam (Qormi)

L-Aqwa Attakkant Żagħżugħ: Jan Busuttil (Pietà H.), Jurgen Degabriele (Hibernians), Joseph Mbong (Hibernians)

L-Aqwa XI MFPA Gowlkiper:Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (Gżira U.), Kristijan Naumovski (Birkirkara)

L-Aqwa Left Back XI MFPA:Arthur Oyama (Floriana), Kurt Zammit (Birkirkara), Joseph Zerafa (Valletta)

L-Aqwa Right Back XI MFPA:Juan Corbalan (Gżira U.), Marcelo Dias (Hibernians), Enmy Pena Beltre (Valletta)

L-Aqwa Difensuri Ċentrali XI MFPA: Andrei Agius (Hibernians), Steve Borg (Valletta), Emerson Marcelina (Floriana), Enrico Pepe (Ħamrun S.), Enzo Ruiz (Floriana), Rodolfo Soares (Gżira U. )

L-Aqwa Midfielder XI MFPA:Miguel Alba (Valletta), Mislav Andjelkovic (Birkirkara), Triston Caruana (Ħamrun S.), Andrew Cohen (Gżira U.), Santiago Malano (Valletta), Mathias Muchardi (Sliema W.), Rowen Muscat (Valletta), Kevin Tulmieri (Ħamrun S.), Dunstan Vella (Hibernians)

L-Aqwa Attakkant XI MFPA:Augusto Caseres (Senglea A.), Jurgen Degabriele (Hibernians), Tiago Adan Fonseca (Hibernians), Mario Fontanella (Valletta), Haruna Garba (Gzira U.), Bojan Kaljevic (Valletta), Taylon Marcolino (Hibernians), Younes Marzouk (Sliema W.), Matteo Piciollo (Valletta)