Sport Sport Ieħor

Malta f’kollaborazzjoni mal-Federazzjonijiet Ċiklisti tat-Tuneżija u l-Libja

Matul it-32 Kungress tal-Unjoni Europèenne de Cyclisme u t-tmien Kungress tal-Confederation Africaine de Cyclisme li sar riċentament f’Ruma, l-uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu John Zammit u Joe Bajada kellhom taħdidiet kordjali ħafna mal-Presidenti tal-Federazzjonijiet rispettivi Naoufel Merchaoui tat-Tuneżija u Dr. Noureddin Ahmed Altareki tal-Libja.

Il-President u s-Segretarju tal-Federazzjoni Maltija ddiskutew il-kollaborazzjoni futura bejn it-tliet Federazzjonijiet fejn fost l-oħrajn semmew il-parteċipazzjoni tat-timijiet Nazzjonali Maltin fit-Tours taż-żewġ pajjiżi Afrikani.