Formula 1 Sport

Mick Schumacher se jsuq ma’ Ferrari fil-Bahrain

(Ritratt: Ferrari)

Mick Schumacher se jagħmel id-debutt fil-Formula 1 ma’ Ferrari waqt it-testijiet wara l-Grand Prix tal-Bahrain. Schumacher se jsuq fil-jumejn tat-testijiet ma’ Ferrari fit-2 ta’ April u ma’ Alfa Romeo fit-3 ta’ April.

“Jien ovvjament eċċitat ħafna u nixtieq nirringrazzja lil Ferrari tal-opportunità li se jtuni. Ninsab ħerqan għal esperjenza li żgur se tkun mill-aqwa.” Sebastian Vettel se jsuq il-karozza SF90 ta’ Ferrari l-Erbgħa.

Iben is-seba’ darbiet champion tal-Formula 1 Michael Schumacher, iffirma bħala sewwieq tal-akkademja ma’ Ferrari aktar kmieni din is-sena. Iċ-ċirkwit tal-Bahrain se jimmarka wkoll id-debutt taż-żagħżugħ ta’ 20 sena fil-Formula 2.

Michael Schumacher hu l-aktar sewwieq ta’ suċċess fil-Formula 1, u ħames kampjonati mis-seba’ li rebaħ nkisbu meta hu kien mal-klabb minn Maranello.

Ferrari kkonfermaw ukoll li ż-żagħżugħ Britanniku Callum Ilott se jsuq ma’ Alfa Romeo fit-test sussegwenti li se jsir f’Barcelona f’Mejju. Schumacher hu ċ-champion renjanti Ewropew tal-Formula 3 filwaqt li Ilott spiċċa t-tielet fis-serje tal-GP3 tas-sena l-oħra.