Aktar kmieni llum saret operazzjoni bl-isem ‘Operation Webmaster’ ġewwa 14-il pajjiż inkluż f’Malta, li wasslet għal diversi arresti, fosthom raġel barrani f’Malta.
L-operazzjoni kienet ikkoordinata mill-Eurojust u mill-Europol.
Operation Webmaster tiffoka fuq il-flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata.
Wara xhur ta’ sorveljanza, raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew u Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea. Ġewwa pajjiżna, din l-operazzjoni kienet ikkoordinata bejn l-Intelligence Unit, l-Economic Crimes Unit, Il-Vice Squad, u l-International Relations Unit assistiti mill-Ispecial intervention Unit. Bħalissa qed isiru tfittxijiet.
Ir-raġel barrani ser jitressaq il-Qorti fuq il-bażi tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>