Il-Kabinett ta’ Theresa May ser ikun qed jiltaqa’ għat-tieni darba f’24 siegħa hekk kif is-saga ta’ Brexit ma tidhirx li ser tissolva b’mod sempliċi fi żmien qasir.
May reġgħet sofriet daqqa oħra hekk kif fl-aħħar sigħat irriżenjaw tlett ministri.
Dan wara li hi sofriet telfa oħra fl-aktar vot reċenti li ttieħe fil-Commons. Dan jista’ jifsser li l-Ingilterra jista’ jkollha dak li qed jissejjaħ soft Brexit, li jżommm lir-Renju Unit eqreb lejn l-Unjoni Ewropea minn kif kien mistenni li jseħħ.
Iżda ħafna qed isostnu wkoll li dan l-aħħar vot mitluf minn May ifisser li issa mhemmx alternattivi oħra għajr li jkun hemm it-tieni referendum jew saħansitra elezzjoni bikrija.
Il-Membri Parlamentari Ingliżi issa se jkunu mistennija jivvutaw dwar għadd ta’ għażliet, li x’aktarx se jkunu jinkludu Brexit bla ftehim, Brexit bil-ftehim ta’ May, ftehim simili għal dak tan-Norveġja, għaqda doganali, l-irtirar għal kollox ta’ artiklu 50 jew it-tieni referendum.
Il-voti x’aktarx jittieħdu għada l-Erbgħa.
//= $special ?>