Lokali

150,000 hit fl-ewwel ġimgħa ta’ Net On Demand

Fl-ewwel ġimgħa mit-tnedija ta’ Net On Demand, il-website il-ġdida ta’ Net Television kellha aktar minn 150,000 hit. 

Dan huwa ta’ nkoraġġiment għas-sistema l-ġdida ta’ Net Television li permezz tagħha wieħed jista’ jsegwi l-programmi kollha ta’ Net Television, kif ukoll Net News online x’ħin irid, u minn fejn irid permezz tat-tablet, laptop jew mobile.

F’din l-ewwel ġimgħa kien hemm ukoll 20,000 user differenti li żaru din il-website u segwew il-programmi ta’ Net Television jew podcasts ta’ Net FM.
Fost l-aktar programmi popolari matul din l-ewwel ġimgħa ta’ Net On Demand hemm id-Drama kif ukoll programmi ta’ divertiment.

Dan ir-riżultat ikomplu jħeġġiġna biex fil-futur inkomplu ntejbu din is-sistema li preżentament hija waħda mill-aqwa sistemi online ta’ dan it-tip fil-pajjiż.

Matul iż-żmien se jkunu qed jittellgħu wkoll programmi mill-passat. Net On Demand hija aċċessibbli permezz tas-sit www.net.com.mt u hemmhekk wieħed irid jagħfas fuq Net On demand jew Net Live.