Internazzjonali

BREXIT: X’se jiġri llum?

Illum fil-Parlament Ingliż se jkunu qed jittieħdu serje ta’ voti rigward il-futur politiku tar-Renju Unit. Dan meta qed toħroġ dejjem aktar ċara l-frustrazzjoni tad-deputati illi huma għatxana li jsibu soluzzjoni għal Brexit, bil-proċess kollu bħalissa jidher staġnat.

Ħafna deputati qed jagħmlu minn kollox biex isibu żblokk għal din is-sitwazzjoni; min irid ftehim mal-UE fuq il-mudell tan-Norveġja, oħrajn iridu unjoni doganali, filwaqt hemm saħansitra min irid jibqa’ membru fl-UE.

Illum fuq proposta tal-eks Ministru Sir Oliver Letwin, id-deputati se jieħdu sehem f’dawk li teknikament jissejħu indicative votes.

Id-dibattitu fil-House of Commons se jibda għall-ħabta tal-4pm.