Il-Gvern nesa lill-Kunsilli Lokali f’dak li għandu x’jaqsam mal-“gender balance” fil-Kunsilli Lokali. Filwaqt li saret konċentrazzjoni fuq fejn jidħol il-Parlament, xi ħaġa simili f’dan l-aspett fuq il-Kunsilli Lokali, lanqas biss issemmiet mill-Gvern. Jista jkun li l-Gvern forsi nesa, jew għax qatt ma ta kaz il-Kunsilli għax dejjem kien moħħu biex ineżżagħhom mid-dmirijiet tagħhom.
Meta kien qed jitkellem fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, il-Viċi Kap u d-Deputat Nazzjonalista David Agius qal “it leaves mhux to be desired” u qal li dan mhux qed jgħidu hu biss, imma ħafna, nkluż ħafna Laburisti. Huwa staqsa kif dan l-Abbozz ħa jtejjeb l-affarijiet u kif anke Sindki qegħdin jgħidu li se jitneħħa ħafna mill-poter li jkollhom fi Gvern Lokali.
Huwa semma kif kien jaħsibha l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni fuq il-Kunsilli Lokali, u kif l-atteġġjament tiegħu kien verament differenti. Kien kollu kliem fieragħ għax illum qed jikkonferma li l-Gvern m’għandux għal qalbu l-Kunsilli Lokali.
Tneħħew l-“hamlets” u għalhekk hemm Sindki u Viċi Sindki li jinsabu imdejjqin meta ittieħdilhom kollox minn idejhom, u x’se jifdallhom. Sindki jgħidu li huma jippruvaw jagħmlu xi ħaġa, u l-Gvern jagħmel mod ieħor, l-Gvern żgur li sema’ dan il-krib minn naħa tagħhom. Imma sema’ u ma tagħax kaz.
Il-Viċi Kap tal-PN qal li ħafna qegħdin jgħidu li l-Gvern imur jagħmel xogħol mingħajr lanqas biss ikunu jafu, konsultazzjoni ta’ xejn mal-Kunsilli Lokali. Bħal “Infrastructure Malta” li din tidħol bħal romblu, u taqbad u tagħmel dak li jiftilha. Qal li x’differenza Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern.
David Agius qal li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali saret bla snien. Qal li jekk il-Kunsilli Lokali iridu jaħdmu iridu l-flus, iridu mhux biss jiġbru li skart, iridu jagħmlu xogħol soċjali, per eżempju fuq l-anzjani. Każ tipiku huwa l-Kunsill Lokali tal-Mosta. Xogħol bħal dan ilu jagħmlu u għadu jagħmlu.
Meta Clyde Puli kien Segretarju Parlamentari, dan għamel “open air gyms” u bandli. Jekk illum xi ħadd iżur diversi lokalitajiet jara x’sar. Mhux xejn, il-Kunsilli Lokali, dan il-Gvern rriduċihom f’xejn. Anke fil-każ tal-Pulizija jew aħjar l-Għassa tal-Marsa. Kellu jinżel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex jara għaliex l-Għassa hija magħluqa?
Il-Viċi Kap tal-PN qal ukoll dwar dak li għamel id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone, fejn ħa interess fuq il-kriminalita f’Birżebbuġia. Tkellem ukoll dwar il-Gwardjani Lokali, għaliex dawn ittieħdu minn ħalq il-Kunsilli Lokali. Fuq San Ġijan, Paċeville u Swieqi, l-problemi li hemm. Għax mhemmx Pulizija u Gwardjani, u jekk ikun hemm minn dawn il-lokalita’ tħossha aktar sigura’.
Sostna li neħħejna anka l-infurzar minn idejn il-Kunsilli biex issa għandna sitwazzjoni li f’ċertu lokalitajiet idumu ma jnaddfu u oħrajn malajr. Eżempju f’San Pawl il-Baħar, ara kemm idum ma jinġabar li skart. Min jaf għaliex, għax forsi San Pawl il-Baħar hija mmexxija minn Kunsill tal-PN?
Huwa qal ukoll kif l-Awtorita’ tal-Ippjanar lanqas biss tagħti każ dawk is-suġġeriment minn naħa tal-Kunsill Lokali. Il-Gvern irid kollox għalih. Tindif, LESA, Gwardjani – kollox l-Gvern. Imbgaħd niftaħru fuq il-vot 16, biex nerġgħu ngħoddsu l-isfel meta neħdulhom kollox.
Fuq ir-riforma tal-“gender research” qal li l-Gvern qed jgħid li ħaseb għaliha għal fejn għandu x’jaqsam fil-Parlament biss. U fil-Kunsilli Lokali, għaliex le? Għaliex m’għandux ikollna l-istess termini fil-Kunsill Lokali? Il-Gvern jagħmel li jaqbillu biss, din hija xi ħaġa sempliċi u setgħet ġiet f’moħħu. Li jkollna aktar Sindki nisa, li jkollna aktar Viċi-Sindki Nisa u anke aktar Kunsilliera nisa, mhux tajjeb ukoll kieku.
Anke jekk wieħed jara kif qed jiffunzjonaw il-Kunsill? Wieħed jinduna kemm ma jimpurtahx. Il-binjiet tajbin. tal-Kunsilli? Il-binja tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex, hija aċċessibbli għal persuni b’diżabbilita’, l-istess f’Ħ’Attard?
Staqsa dwar il-parkeġġ fejn il-Kunsilli lokali. Il-Marsa, il-kriminalita’ li hemm. Il-Kunsill Lokali tal-Belt, li għandu l-bżonnijiet tiegħu partikolari, għax jidħlu ħafna nies minn barra. Il-Belt m’għandhiex ikollha għajnuna partikolari? Għandu jkollna Belt kapitali aħjar permezz ta’ aktar għajnuna?
Fejn hi l-għajnuna f’dan l-Abbozz? Liġi li żgur liġi tista’ ssir aħjar. Partit Nazzjonalista ħareġ bi 80 proposta u li se jsiru emendi għal liġi minn naħa tal-Oppożizzjoni biex din il-Liġi titjieb. Irridu naraw id-diffikultajiet li hemm fid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali.
Biex naħdmu aħjar, dak li jingħad mil-Oppożizzjoni, l-Gvern għandu jagħti każu. Aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, li jkollna l-aqwa nies, li għalkemm hemm diffikultajiet kbar mhux biss naħdmu u nkomplu naħdmu biex ikollna aktar kanditati u nies jivvutaw.
Għandna nkunu magħhom f’din it-triq għal ħames snin. L-appell huwa l-poplu joħorġ jivvota, għaliex il-PN għandu nies tajbin, kif hemm ukoll kunsilliera Laburisti tajbin, imma li jinsabu nkwetati fuq kif qed jimxu l-affarijiet.
//= $special ?>