Hija tal-mistħija li aktar mhu qed jgħaddi ż-żmien id-differenza fil-paga medja bejn il-ħaddiema Maltin u Għawdxin qed tidied bil-bosta. għawdxi llum jaqla’ 2,300 ewro fis-sena anqas minn ħaddiem Malti. Sadanittant wara dak il-ftaħir kollu minn naħa tal-Gvern li aktar ħaddiema Għawdxin se jkollhom post tax-xogħol f’Għawdex, dawn illum ittripplaw. Sadanittant ħaddiema f’Għawdex li jagħmlu l-istess xogħol qed jitħallsu b’mod differenti.
Dan it-tagħrif ingħata mid-deputat Nazzjonalista u Kelliem Ewlieni dwar Għawdex Chris Said, L-ewwel ma tkellem kien dwar il-link permanenti għal Għawdex, sa fl-aħħar wara t-tkaxkir tas-saqajn mill-Gvern, issa donnu beda ftit tar-rittmu biex forsi xi darba jsir xi ħaġa. Huwa appella lill-Gvern ma jibżax jippubblika l-istudji li għandu.
Jista’ jkun hemm aspetti negattivi, imma dan m’għandux idejjaq lill-Gvern. Meta għamel l-istess Gvern Nazzjonalista dan ippubblikah kollu kif għamlet il-Gozo Business Chamber. Minn dak li sema’ f’dawn l-aħħar ġimgħat hawn nuqqas ta’ nformazzjoni u kulħadd ifajjar bl-addoċċ.
Said appella lill-Gvern ma jiddejjaqx jagħmel sessjonijiet ta’ nformazzjoni. Fakkar li fl-2010 u fl-2011 kien għamel sessjonijiet ta’ informazzjoni fejn anke esperti internazzjonali kienu wieġbu bdew iwieġbu kif għamel espert li anke tqabbad minn dan il-Gvern ukoll. Xi ħaġa tajba.
Fuq il-qasam tax-xogħol f’Għawdex tkellem dwar il-paga medja f’Malta u f’Għawdex li hija 2,300 ewro anqas f’Għawdex minn Malta. Ħaddiem Għawdxi jaħdem xahrejn għal xejn meta mqabbel ma ħaddiem Malti. Jekk se nibqgħu sejrin hekk aktar Għawdxin se jfittxu Malta.
Ħaddiema Għawdxin imqabbdin mill-kuntrattur li jagħmlu l-istess xogħol ta’ dawk mal-Gvern qed jitħallsu ferm anqas. Minn 500 għal 1,400 jaħdmu Malta, ittrippla l-ħaddiema ta’ Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern. Dan minkejja l-wegħda tal-Gvern li l-Għawdxin se jkollhom fejn jaħdmu f’Għawdex stess.
Tkellem dwar il-Qorti tal-Familja. Qal li hemm medjatur wieħed part-time, b’erba’ siegħat biss fil-ġimgħa. Qed jieħdu x-xhur biex jinstemgħu l-ewwel darba dawk il-koppji li qed jistennew medjazzjoni. F’dan il-qasam il-Gvern qed jixxaħħaħ. Id-dewmien huwa xi ħaġa fenominali.
Said tkellem ukoll dwar il-famuż bini ta’ Qorti ġdid. Wara li qalu li ħarġu l-permessi u tenders, inbidel il-Ministru u din qaltilna li se tfittex, issa b’għaġeb ta’ kulħadd qed jingħad li se jinbena fiż-żona industrijali, bieb ma’ bieb mal-biċċerija. Din hija pika? Bejn l-ex Ministru u l-Ministru preżenti? Tieħu l-Qorti miċ-ċentru tar-Rabat għal żona industrijali, hija xi ħaġa inkredibbli.
Dwar li sena l-oħra daħlu emendi biex il-Qorti f’Għawdex ikun presedut minn Imħallef u ma sar xejn. Qorti li qabel miegħu kulħadd u mhux fis-seħħ. Fuq Infrastruce Malta, vera dan huwa Infrastructure Malta għax Għawdex ma jeżistiex. Kull meta l-Ministru tat-Trasport u l-Ministru għal Għawdex jiġu mistoqsija, dawn dejjem jaħarbu mid-domanda.
Finalment huwa faħħar l-aħbar u l-inizzjattiva li qed issir fuq ir-restawr ta’ pittura ta’ Gużeppi Briffa, fil-Knisja tal-qalb ta’ Gesu fin-Nadur. Qal li din qed tiġrilha ħsara enormi u grazzi għal inizzjattiva taċ-Chairman ta’ Heritage Malta, Anton Refalo, li beda proċess biex din il-pittura tiġi restawrata taħt l-abbli Amy Sciberras. Huwa għamel appell li kulħadd jgħin, mhux bilfors il-Gvern imma anke NGO’s.
Tenna wkoll li hemm ukoll orgni ta’ preġju li għandu bżonn isirlu xi manutenzjoni u qal li lest li jagħti l-backing kollu tiegħu u rringazzja lil dawk kollha nvoluti.
//= $special ?>