Il-ġurnalist popolari Taljan Gianluca Di Marzio jemmen li t-tisfir f’Ta’ Qali indirizzat lejn Sergio Ramos kien ġej minn partitarji Maltin li jappoġġjaw lil Liverpool. Dan biex juru l-frustrazzjoni tagħhom lejn l-Ispanjol li kien għamel foul ikrah fuq Mohammed Salah fil-finali taċ-Champions League.
Di Marzio jikteb li f’Malta, wara Manchester United, l-iktar tim popolari huwa Liverpool.
Hu jżid li din mhix l-ewwel darba li d-difensur ta’ Spanja ġie trattat b’dan il-mod.
It-tisfir lejn Ramos beda saħansitra qabel il-partita, u kompla mill-ewwel sekondi malli miss il-ballun.
//= $special ?>