L-avventura ta’ John Arne Riise bħala Direttur Sportiv ta’ Birkirkara ntemmet wara tliet xhur hekk kif fi stqarrija Birkirkara ħabbru li n-Norveġiż ta r-riżenja tiegħu għal dak li sejħu bħala raġunijiet personali.
Fl-istqarrija, Birkirkara talbu biex tiġi rispettata l-privatezza tas-sitwazzjoni. Il-klabb ikkundanna wkoll rapporti li dehru fil-media u żiedu li se jagħmlu bojkott ma’ dawk li għażlu li jxandru r-rapporti li sejħu foloz.
L-ewwel logħba li Riise mexxa lil Birkirkara kienet fit-13 ta’ Jannar fi draw ta’ 0-0 kontra Balzan. Minn dakinhar, Birkirkara kisbu rebħiet kontra Pietà Hotspurs, St. Andrews u Tarxien, spiċċaw draw kontra Floriana u Gżira u tilfu kontra Valletta u Ħamrun Spartans.
Birkirkara bħalissa jinsabu fis-sitt post fil-klassifika b’36 punt, żewġ punti taħt Sliema li jinsabu fir-raba’ post. Il-Ħadd li ġej, Birkirkara jilagħbu proprju kontra Sliema Wanderers.
//= $special ?>