Jekk il-Kunsilli taħt dan il-Gvern humiex sejrin tajjeb jew le, qaluh is-Sindki li ġejjin mill-Partit Laburista. Qaluh huma stess fil-Parlament, qalu li jew irid ikollok il-ħbieb biex tinqeda u hemm min qal ukoll li lanqas biss jagħtu kasu.
Hekk sew il-membri tal-Gvern qed jgħidu li kollox miexi sew u s-Sindki Laburisti qegħdin jgħidu li mhumiex jinqdew. Mela aħseb u ara kemm qed jinqdew is-Sindki Nazzjonalisti. Imma jekk dawn l-affarijiet jgħiduhom in-Nazzjonalisti, ngħidulhom negattivi. Imma dawn Laburisti stess qed jikkonfermaw li xebgħu bil-burokrazija u ħniżrijiet.
Dan qalu id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fejn tenna li l-Partit Nazzjonalista kien li welled il-Kunsilli Lokali 25 sena, imma waħdu, għax il-Partit Laburista kien assenti dak inhar. L-istess bħar-realta’ tal-Unjoni Ewropea, kien il-PN li mexxiha, l-PL kien kontra. Dan biex wieħed ma jinsiex l-istorja.
Huwa tkellem dwar il-ħrafa li l-Partit Laburista kien jikkontesta għall-Kunsilli Lokali bħala “Indipendenti” tal-mistħija. Il-Partit Laburista llum b’dawn l-emendi qed jitlef opportunita’ u seta’ għamel emendi għat-tisħiħ u effiċċjenza akbar flimkien ma’ tisħiħ fl-awtonomija.
Id-Deputati Laburisti qed jgħidu kemm il-Gvern żied il-finanzi u l-poteri u li qatt ma mxew tajjeb daqs illum. Kien negattiv is-Sindku tal-Qrendi meta kienu mistiendnin is-Sindki. Tal-Qrendi huwa Sindku Laburista qal fil-Parlament, li jekk tirċievi ittra mingħand il-Gvern jippretendi tweġiba f’ħames t’ijiem, meta d-Dipartiment tal-Gvern għandu xorti jwieġeb f’ħames ġimgħat.
Is-Sindku Laburista ta’ Marsascala qal li biex tinqeda mill-Gvern trid iddum il-ġimgħat jekk ma jkollokx il-ħbieb. Tal-mistħija li s-Sindki tiegħek jgħidu dawn l-affarijiet, u l-Gvern ma jammetti qatt.
Is-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġia qal li jekk mhux se jkollna re-enforz għalxejn li sforzi li nagħmel jien il-kollegi tiegħi. Huwa appella lill-Gvern biex iżidilhom il-poteri ħalli jkunu ta’ servizz.
Bozza, qal dan is-Sindku erba’ ġimgħat iddum biex tinxtegħel wara li tinqata’. Il-Gvern minħabba l-burokrazija ma jasal qatt. Aħseb u ara Sindku Nazzjonalist kemm se jinqeda’. Qal li s-Sindku tal-Floriana, qal li hemm barrieri biex tilħaq lil xi ħadd konċernat. Irridu lil xi ħadd li jgħidilna fejn wasal l-ilment.
Vassallo qal li hemm ħafna nies li qed jippruvaw jagħmlu sforz. Imma dawn il-problemi bi Gvern li jgħid li jisma’, qed jindirizza dawn il-problemi? Ma l-ebda emenda f’dan l-abbozz biex tingħeleb il-burokrazija jew li jkollna servizz effiċjenti.
Is-Segretarju Parlamentari biss serjeta’ qed jemmen li qed ibiddel il-ħajja għal aħjar. Is-Sindku tal-Birgu, tkellem ukoll fuq mumenti li huwa ġieli jaħseb dwar jekk hux qed jiġi kkalkulat. U mumenti oħra li jaħseb u jiddubita jekk spiċċax minn Sindku, jew li jekk il-Birgu hemmx kunsill lokali jew le.
Is-Sindku tal-Birgu qal ukoll li tiġi applikazzjoni biex individwu jkollu parkeġġ, qallu li jekk mhux se tagħmel reserve parking se taqla’ multa u l-individwu ċempillu li kien irranġa. Allokazzjoni ta’ attivita’ mnaqqsa qal Sindku ieħor.
Dan l-Abbozz ta’ emendi huwa fjakk u għaliex dak li kellu jsir u dak li ntqal fil-konsultazzjoni pubblika ma twettaqx. Il-Kunsilli Lokali jridu effiċċjenza u ndafa. Servizz u Kunsilli li jinqdew. Darba kien hemm wieħed li qal li “Socialism is all about getting power” u dan veru.
//= $special ?>