Lokali

Tifla ta’ 8 snin rebħet kompetizzjoni għal-logo ta’ Skola Sajf ta’ din is-sena

Fethu l-applikazzjonijiet għall-edizzjoni ta’ Skolasajf ta’ din is-sena.

Skolasajf hu proġett nazzjonali li nbeda fi żmien Gvern Nazzjonalista u li joffri edukazzjoni mhux obbligatorja lill-istudenti matul ix-xhur tas-sajf. Din is-sena, SkolaSajf se tiftaħ il-bibien tagħha nhar il-15 ta’ Lulju sas-6 ta’ Settembru.

It-tfal li se jattendu Skolasajf se jibbenifikaw minn programm ta’ atitivitajiet edukattivi mhux formali. It-tema ta’ din is-sena li ġġib l-isema ta’ My Travel Journal se tieħu lit-tfal fuq vjaġġ ta’ esperjenzi kemm fiċ-ċentri kif ukoll barra miċ-ċentri.

Is-servizz ta’ Skola Sajf hu mifrux f’madwar 60 lokalità.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tnieda l-logo ta’ Skolasajf ta’ din is-sena wara kompetizzjoni fost l-istudenti ta’ Klabb 3-16. Elaia Galea ta’ tmien snin hi r-rebbieħa għall-aħjar disinn artistiku fost aktar minn tmenin sottomissjoni.