Lokali

3 tfajliet u raġel arrestati wara sejba droga f’San Pawl il-Baħar

Tliet nisa u raġel li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-30 sena ġew arrestati wara jiem ta’ osservazzjoni u ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-vizzju tad-Droga assistiti minn membri tal-iSpecial Intervention Unit.

L-arrest seħħ il-Ħamis waranofsinhar wara li twettaq rejd fi Triq Luigi Preziosi, f’San Pawl il-Baħar. Fir-residenza nstgħabet id-droga kokaina u raża tal-kannabis lesta sabiex tiġi traffikata flimkien ma’ diversi oġġetti relatati mal-bejgħ tad-droga. Fost oħrajn instabu wkoll mwieżen elettroniċi, u qratas tal-plastik vojta.

Grazzi għal din il-ħidma ġew arrestati 4 persuni residenti l-Mellieħa, r-Rabat (Malta) u San Pawl il-Baħar.

Sadanittant il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata minnufih bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhux eskluż li fil-jiem li ġejjin l-arrestati jittressqu l-Qorti.