Lokali

AĠĠORNATA: Raġel bi ġrieħi serji wara nar li ħakem żona f’Ħal Farruġ

Membri tal-Protezzjoni Ċivili issejjħu f’Ħal Farruġ illum wara nofsinhar hekk kif żviluppa nar qawwi u daħna kbira sewda, li dehret minn diversi inħawi.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li n-nar żviluppa abbord dgħajsa, f’maħżen li hemm fiz-zona. Fil-maħżen kien hemm mal-35 dgħajsa.

Dan l-istazzjon hu nfurmat li kawża tan-nirien,  raġel ta’ 30 sena mill-Ħamrun, ġarrab ħruq estensiv u ġrieħi serji.  L-inċident seħħ waqt li hu kien kien qed jagħmel xi xogħol fuq dgħajsa li ħadet in-nar. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Fil-maħżen kien hemm żewġ persuni oħra li fortunatament ma sofrewx ġrieħi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Josette Demicoli li ħatret diversi esperti biex jassistuha.