Membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu f’Tas-Sliema wara li kmieni wara nofsinhar ċeda ħajt f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Torri.
Nies fil-post qalulna li eżatt malli ċeda l-ħajt instema’ ħoss qawwi.
Immedjatament waslu wkoll Pulizija, li għalqu t-triq, u anke ambulanza.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
