Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Liġi Metsola: Ftehim bejn il-Parlament u l-Gvernijiet – ‘Rebħa għal Malta’

Dalgħodu, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju fuq liġi ġdida tal-UE dwar il-gwardji tal-kosta u l-fruntieri, li nkitbet u ġiet innegozjata mill-MEP Maltija Roberta Metsola.

Il-‘Liġi ta’ Metsola’ se tfisser żieda ta’ 10,000 gwardji tal-kosta u l-fruntieri ġodda, kif ukoll persuni li se jitpoġġew mal-fruntieri tal-Ewropa fi sforz biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-immigrazzjoni u l-kriminalità bejn il-fruntieri. Se jsir aktar effiċjenti wkoll il-proċess biex dawk li m’humiex eliġibbli għall-protezzjoni fl-Ewropa, kif ukoll li tiżdied il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’garanziji għad-drittijiet fundamentali. Il-liġi l-ġdida se tipprovdi għodod neċessarji biex jintużaw fil-fruntieri esterni biex tkun miġġielda l-kriminalità bejn l-istess fruntieri.

“Ninsab sodisfatta li lħaqna dan il-ftehim proviżorju fuq liġi ġdida li se tindirizza wieħed mill-aktar tħassib taċ-ċittadini fl-Unjoni. Il-liġi tal-Gwardji tal-Kosta u l-Fruntieri Ewropej se tbiddel il-mod kif l-Ewropa timmaniġġja l-fruntieri. Se tfisser żieda ta’ 10,000 gwardji tal-kosta u l-fruntieri għall-Ewropa; li dawk m’hux eliġibbli għall-protezzjoni jintbagħtu lura b’mod effiċjenti; aktar għodod biex niġġieldu l-kriminalità li se jindirizzaw it-tħassib tan-nies dwar is-sigurtà u l-kriminalità, kif ukoll appoġġ għall-istrateġija dwar l-immigrazzjoni.

Iċ-ċittadini Ewropej kienu qed jippretendu mingħandna li nipprovdu r-riżultati, u hekk għamilna, f’ħin rekord. Din hi rebħa kbira għall-Ewropa, u rebħa kbira għal Malta u Għawdex,” qalet Metsola.

Il-vot finali fuq il-liġi se jittieħed f’April.