Lokali

Stqarrija minn Team Start u MŻPN

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma qalx il-verità meta fil-Birgu qal li ‘biex jingħataw il-vot iż-żgħażagħ ħadd ma riedha’, għaliex il-verità hi li kien il-Partit Nazzjonalista li kien fuq ta’ quddiem sabiex iż-żgħażagħ jingħatalhom dan id-dritt, għaliex dejjem emmen u se jibqa’ jemmen fiż-żgħażagħ.

Joseph Muscat ma qalx li kien il-Viċi Kap tal-PN David Agius l-ewwel politiku li tkellem li jingħata l-Vot 16, u konvenjetament nesa’ li l-MŻPN kienet minn tal-ewwel li ħadmu fuqha u li kienet strumentali sabiex komplew id-diskussjonijiet. L-MŻPN kienet katalista sabiex daħal dan id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena.

Il-Partit Nazzjonalista għandu fiduċja sħiħa li ż-żgħażagħ jistgħu joħolqu soċjetà li jimpurtaha, b’opportunitajiet kemm għalihom u kemm għal ħaddieħor. Team Start u MŻPN iridu li ż-żgħażagħ jingħataw l-għodod biex jipparteċipaw fl-iżvilupp sħiħ tas-soċjetà u b’opportunitajiet indaqs.