Kunsilli Lokali Lokali

Titneħħa l-plakka tal-inawgurazzjoni li kienet saret minn Eddie Fenech Adami

Diversi Karkariżi dalgħodu qamu rrabjati għall-mossa tal-Kunsill Laburista ta’ Birkirkara, illi neħħa plakka kommemorattiva li kienet tfakkar fil-proġett oriġinali ta’ Ġnien l-Istazzjoni li tlesta fl-2007 minn maġġoranza nazzjonalista.

Dak il-proġett kien ġie inawgurat mill-President ta’ dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami. Issa, wara x-xogħol tal-Kunsill Laburista li dam ikarkar xhur sħaħ, il-plakka kommemorattiva tneħħiet u mhi tidher imkien. Sorsi saħansitra qalulna li din possibilment intremiet.

Ġnien l-Istazzjon kien ġie inawgurat fit-18 ta’ Novembru tal-2007 mill-President Emeritu Fenech Adami. U issa reġgħet saret inawgurazzjoni oħra mill-Prim Ministru.