Karozza nqalbet ftit passi ‘il bogħod miċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.
NetNews jinsab infurmat li x-xufier ta’ 19-il sena minn Ħal Lija weġġa’ ġrieħi ħfief. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar meta karozza li kienet qed issuq b’veloċità qawwija direzzjoni mill-Mosta għal Ħal Lija marret wrong side u laqtet erba’ karozzi. Il-karozza ftit tal-ħin wara nqalbet madwar 50 metru ‘l bogħod mill-karozzi milquta.
Fuq il-post marru l-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza minn Mater Dei fejn persuna ttieħdet l-isptar.
Il-Karreġġjata fid-direzzjoni tal-Mosta kienet tinsab magħluqa għal xi ħin, u infatti b’kawża ta’ dan inġema’ ammont kbir ta’ traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet tat-triq.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>