Sport Ieħor

Halep tfalli ċ-ċans li tirritorna bħala s-sid numru wieħed tad-dinja

(Ritratt: EPA)

Simona Halep falliet iċ-ċans li tirritorna fil-quċċata tar-rankings wara li tilfet 7-5, 6-1 kontra Karolina Pliskova fis-semifinali tal-Open ta’ Miami. Hi kienet titla’ fil-quċċata kieku waslet sal-finali iżda b’dan ir-riżultat, Naomi Osaka se tibqa’ fl-ewwel post.

Pliskova li għandha 27 sena, rebħet disa’ logħbiet konsekuttivi biex issieltet minn 5-3 minn taħt fl-ewwel set. Fil-finali tilgħab kontra Ashleigh Barty wara li l-Awstraljana għelbet lil Anett Kontaveit. Barty għaddiet għall-akbar finali tal-karriera tagħha b’rebħa ta’ 6-3, 6-3 fejn kisret is-service tal-avversarja f’ħames okkażjonijiet.

“Kienet ġurnata twila ħafna, naf li kelli nistenna imma kienet opportunità li nixrob ftit kafè u nsegwi l-golf, għalhekk kont rilassata. Meta ħriġt kont lesta. Ma bdejtx tajjeb imma kont kapaċi nerġa’ niġi f’posti u għamilt li kelli nagħmel,” qalet Barty.

Ir-rebħa ta’ Pliskova fuq Halep ukoll kellha l-interruzzjonijiet darbtejn minħabba x-xita, fosthom meta ċ-Ċeka kienet 7-5, 5-0 minn fuq. “Ma kinitx faċli tistenna għal daqshekk fit-tul iżda rnexxieli nibqa’ aggressiva,” qalet Pliskova.