Statistika uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, jikkonferma li d-defiċit tal-Gvern Soċjalista matul l-2018 tela’ għal €70.2 miljun.
Fi stqarrija, l-NSO jinnota kif bejn Jannar u Diċembru tal-2018, jiġifieri f’perjodu ta’ sena, fil-Fond Konsolidat tiegħu, il-Gvern mar għall-agħar minn surplus għal defiċit.
L-istatistika tal-Gvern turi li l-ispiża tal-Gvern għall-2018 telgħet bi 12.7% fuq l-2017, għal €4,630.0 miljun. L-ispiża rikorrenti wkoll telgħet għal €3,821.4 miljun, li tfisser żieda ta’ €278.2 miljun.
Fl-2017, il-Gvern Soċjalista kien irrapporta surplus ta’ €182.7 miljun, li tfisser li f’sena l-fondi tal-Gvern marru lura b’€252.9 miljun.
Sadattant fi stqarrija mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco, l-Oppożizzjoni appellat lill-Ministru tal-Finanzi, li falla kważi fl-obbligi kollha tiegħu, biex jispjega kif se jsolvi dan in-nuqqas serju fil-finanzi tal-Gvern.
L-Oppożizzjoni fakkret kif, mill-istatistika tal-NSO bejn Jannar u Frar 2019, id-defiċit qed jippersisti anke matul din is-sena.
//= $special ?>