Internazzjonali

Id-deputati Ingliżi jerġgħu jivvutaw kontra d-deal ta’ Theresa May

Hekk kif il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May għamlet l-aħħar attentat tagħha sabiex tipprova tipperswadi lid-deputati japprovaw parti mid-deal ta’ Brexit, il-House of Commons ivvutat kontra dan il-ftehim.

Il-vot ittieħed għall-ħabta tat-3:30pm.

Id-deputati ġew msejjħa jivvutaw fuq il-ftehim tal-ħruġ mill-UE. Il-Ministri tal-Gvern insistew li dan il-vot kien kruċjali biex jiġi evitat Brexit bla ordni ta’ xejn.

Il-vot m’għaddiex b’344 kontra u 286 favur.

Issa is-sitwazzjoni tant ikkumplikat ruħha li kellu jissejjaħ summit urġenti tal-UE. Il-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu fl-10 ta’ April, fuq insistenza ta’ Donald Tusk.