Internazzjonali Unjoni Ewropea

ILLEJLA l-aħħar att iddisprat ta’ Theresa May

Illum ir-Renju Unit suppost ħareġ mill-UE

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May se tagħmel l-aħħar attentat tagħha sabiex tipprova tipperswadi lid-deputati japprovaw parti mid-deal ta’ Brexit f’vot li se jittieħed aktar tard illum fil-House of Commons.

Id-deputati se jkunu msejjħa jivvutaw fuq il-ftehim tal-ħruġ mill-UE. Il-Ministri tal-Gvern qed jgħidu li dan il-vot hu kruċjali biex jiġi evitat Brexit bla ordni ta’ xejn.

Iżda il-Partit Laburista Ingliż diġa’ qal li llejla se jivvota kontra. Anke d-deputati tad-DUP mistennija jivvutaw kontra.

Il-vot se jkun qed jittieħed propju fil-ġurnata li fiha r-Renju Unit kellu joħroġ mill-UE.