Ekonomija Lokali

“Qed nitilfu l-fibra morali u s-sens ta’ ġustizzja soċjali” – John C Grech

L-ekonomista John C Grech jesrimi d-diżappunt tiegħu għas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna – qed nitilfu l-fibra morali …qed nitilfu s-sens ta’ ġustizzja soċjali…u għandna Gvern li l-iktar ħaġa importanti għalih huma l-flus.

Hekk stqarr John C. Grech meta din il-ġimgħa kien intervistat minn Sergio Mallia fuq Net TV waqt il-programm 10Q.

John C Grech qal li għalkemm l-ekonomija tidher li sejra tajjeb m’hemm l-ebda ħjiel ta’ ħsieb strateġiku min-naħa tal-Gvern. Hu sahaq illi l-attività ekonomika poduttiva ta’ pajjiżna ma tistax tibqa’ tiddependi fuq il-bejgħ tal-passaport.C

Il-Gvern Soċjalista jrid jaħseb kif se jkabbar l-element innovattiv fl-ekonomija ta’ Malta. Hemm bżonn ta’ iktar investiment sistematiku fl-innovazzjoni u fil-livell tal-edukazjoni terzjaraja.

Grech irrimarka li qed nesperjenza żieda fil-kostruzzjoni ta’ uffiċini u ta’ abitazzjonijiet …u fl-istess waqt li għandna ħafna djar vojta, hawn diversi nies li m’għandhomx fejn joqogħdu.

Huwa qal li hemm bżonn ta’ policies neċessarji biex jiġu trattati dawn il-problemi fis-settur tal-proprjeta’ u titnaqqas il-problema tal-kirjiet li qegħdin dejjem jogħlew.

John C Grech semma d-diversi rapporti internazzjonali li qed juri li pajjiżna qed ifalli f’diversi setturi fosthom f’dak tal-edukazzjoni u fejn jidhlu l-early school leavers.