Il-Malta Union of Midwives & Nurses ħabbret li għandha Kunsill ġdid elett minn fost il-membri kollha għal dawn l-erba’ snin li gejjien.
L-elezzjoni għall-Kunsill ġdid issir kull erba’ snin u l-membri kollha ta’ l-MUMN ikollhom id-dritt li jivvutaw għar-Rappreżentanti tagħhom. Il-perċentaġġ tal-membri li vvutaw huwa 68%.
Il-Kunsill il-ġdid huwa magħmul minn:-
President – Paul Pace
Segretarju Generali – Colin Galea
Vici-President – Alex Manche’
Segretarju Finanzjarju – George Saliba
Assistent Segretarju Generali – Joseph Aquilina
Membru – Alex Lautier
Membru – Geoffrey Axiak
Membru – William Grech
Membru – Simon Aquilina
Membru – Claire Zerafa
Il-President tal-Union bagħat lis-CEO ta’ l-FMS biex jinfurma bir-riżenja tiegħu bħala Adviser tal-Ministru tas-Saħħa b’effett immedjat.
L-MUMN irringrazzjat lill-Kunsill preċedenti tal-ħidma fejjieda fl-interess tal-membri kollha tal-Union.
//= $special ?>