Lokali

Mara tistqarr li spiċċat tiddejjen għax ħadulha l-iżbalji fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Iddisprata u l-portmoni dejjem vojt.

Mara ta’ 60 sena li tkellmet mal-ġurnalista investigattiv Joe Mikallef waqt il-programm Sorsi Infurmati spjegat kif spiċċat f’xifer disprament. Spjegat kif spiċċat tiddejjen ma’ ħafna nies f’Birkirkara.

Dan ġara minħabba kontijiet eżaġerati tad-dawl u l-ilma li ilha tirċievi f’dawn l-aħħar snin…Joe Mikallef staqsa lill mara kemm ilha b’dil-problema.

Minkejja li kemm-il darba tkellmet mal-ARMS u spjegat kif dawn il-kontijiet ma jistax ikun li huma korretti, u minkejja li dawn kull darba jgħidulha li hemm żball u li se jirranġawulha, dan qatt ma jiġri.

Il-mara kompliet tispjega kif tħallas €100 u tirċievi kont ta’ €300, bil-kontijiet dejjem jiżdiedu bl-interessi tant li għandha dejn ta’ madwar €7,000. Din is-sitwazzjoni dejnitha ma’ ħafna ġirien u wasslitha f’sitwazzjoni ta’ faqar u inkwiet kbir.