Gowl wara biss 36 sekonda ta t-tieni telfa konsekuttiva lil Milan hekk kif kienu megħluba minn Sampdoria 1-0 fi Stadio Marassi. Il-gowl kien skorjat minn GREGOIRE DEFREL meta ħareġ siequ wara passaġġ ħażin tal-gowlkiper Gianluigi Donnarumma.
Fit-tieni taqsima, Milan żiedu l-isforzi tagħhom speċjalment fl-aħħar 20 minuta u anki appellaw għal penalty għal fawl fil-kaxxa fuq Krzysztof Piatek iżda wara li ra l-azzjoni, ir-referee Daniele Orsato ħalla l-logħob għaddej.
Juventus komplew jersqu lejn il-konferma tar-rebħ tal-kampjonat meta għelbu lil Empoli 1-0 fl-Allianz Stadium. Fl-assenza ta’ Cristiano Ronaldo, il-gowl deċiżiv ġie skorjat mis-sostitut żagħżugħ MOISE KEAN li wara tliet minuti jilgħab għeleb lil Bartolomiej Dragowski.
Udinese kisbu tliet punti importanti fit-taqtigħa kontra r-relegazzjoni b’rebħa ta’ 2-0 kontra Genoa fid-Dacia Arena. STEFANO OKAKA fetaħ l-iskor wara erba’ minuti minn qagħda ideali biex ROLANDO MANDRAGORA rdoppja fil-61 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.
Serie A
Il-Ġimgħa: Chievo v Cagliari 0-3, Ilbieraħ: Udinese v Genoa 2-0, Juventus v Empoli 1-0, Sampdoria v Milan 1-0, Illum: Parma v Atalanta 12.30pm, Fiorentina v Torino 3.00pm, Roma v Napoli 3.00pm, Frosinone v Spal 3.00pm, Bologna v Sassuolo 6.00pm, Inter v Lazio 8.30pm
Kif Jinsabu
L R D T F K Pti
Napoli 28 18 6 4 52 23 60
Inter 28 16 5 7 43 24 53
Milan 29 14 9 6 43 27 51
Roma 28 13 8 7 52 39 47
Lazio 27 13 6 8 41 29 45
Atalanta 28 13 6 9 57 39 45
Sampdoria 29 13 6 10 50 38 45
Torino 28 11 11 6 37 26 44
Fiorentina 28 8 13 7 43 35 37
Parma 28 9 6 13 30 44 33
Genoa 29 8 9 12 34 44 33
Cagliari 29 8 9 12 28 40 33
Sassuolo 28 7 11 10 39 47 32
Udinese 28 7 7 14 26 40 28
Spal 28 6 8 14 25 42 26
Empoli 29 6 7 16 36 55 25
Bologna 28 5 9 14 25 42 24
Frosinone 28 3 8 17 21 53 17
Chievo 29 1 11 17 21 57 11
//= $special ?>