Sewwieq Taljan ta’ mutur sofra xi feriti, iżda fortunatament ma jidhirx li jinsab f’qagħda kritika, wara li kien involut f’ħabta ‘head-on’ f’San Ġiljan.
Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tat-3.25pm fi Triq Ġorġ Borg Olivier, għal xi raġuni seħħ l-impatt bejn il-mutur tat-tip Aprilla u t-trakk tat-tip Isuzu, misjuq minn Libjan ta’ 33 sena residenti l-Fgura.
It-Taljan ingħata l-ewwel għajnuna fil-post qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa. Min-naħa l-oħra, il-Libjan ma sofra l-ebda feriti.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>