Il-lejl li għadda qlibna għall-Ħin tas-Sajf, bil-bidla daħlet fis-seħħ fis-2am. B’hekk, matul il-lejl, l-arloġġ mexa siegħa ‘l quddiem u rqadna siegħa anqas.
Jista’ jkun li l-qalba għall-Ħin tax-Xitwa u l-Ħin tas-Sajf taf tiġi fi tmiemha, hekk kif il-Ħamis li għadda, il-Parlament Ewropew ivvota favur li ma nibqgħux indawwru s-siegħa darbtejn fis-sena.
Ir-Riżoluzzjoni tgħid li pajjiżi li jridu jibqgħu fil-Ħin tas-Sajf mistennija jdawwru s-siegħa għall-aħħar darba f’Marzu 2021, filwaqt li l-pajjiżi li jippreferu jżommu l-Ħin tax-Xitwa, idawwru l-arloġġ siegħa għall-aħħar darba f’Ottubru 2021.
//= $special ?>