Lokali

Attivita’ b’risq dawk fil-bżonn f’Raħal Ġdid

Inizjattiva li ħa l-kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid kienet imfaħħra mir-residenti kollha ta’ din il-lokalita’. L-idea ta’ bazaar b’risq il-familji fil-bżonn fil-lokalita’ ta’ Raħal Ġdid wasslet biex ħafna ħwienet u individwi offrew il-prodotti tagħhom li tul din il-ġimgħa kienu qed jinbiegħu fil-każin tal-Partit li jinsab fi Pjazza Antoine de Paule.

Il-Ħadd filgħodu żar din l-attivita’ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li tkellem mal-membri tal-kumitat sezzjonali ta’ Raħal Ġdid kif ukoll mal-kunsillier fil-lokalita’ Ivan Bartolo li spjega kif kienu ħafna dawk li kkonkorrew għal din l-attivita’ b’għan ġust.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia faħħar din l-inizjattiva u ħeġġeġ biex kulħadd joħloq affarijiet simili li jkomplu jkabbru s-sens ta’ solidarjeta’ fil-qalba tal-lokalitajiet.