Raġel ta’ 58 sena jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif għall-ħabta ta’ 1.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ fi Triq il-Qajjenza hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn Ġermaniż ta’ 82 sena residenti Birżebbuġua u mutur misjuq mir-raġel ta’ 58 sena residenti Marsaxlokk.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Rachel Montebello li ħatret diversi eserti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

