Futbol Lokali Sport

FILMAT: Jipproponi lit-tfajla quddiem 38,000 persuna

Il-logħba bejn Juventus u Empoli, li ntlagħbet ilbieraħ fl-Allianz Stadium ta’ Turin se tibqa’ waħda memorabbli għal Dylan Bartolo u Tiziana Saliba.

Dan mhux biss għaliex il-gowl ta’ Moise Kean, ftit minuti wara li daħal fil-logħba, ta rebħa lil Juventus.

Kien qabel il-bidu tat-tieni taqsima li ħabib tal-koppja aljena lit-tfajla, waqt li s-sieħeb tagħha niżel għarkupptejh biċ-ċurkett f’idu lest għal dan il-mument emozzjonanti.

Malli daret, Tiziana sabet lil Dylan jistenniha bil-mistoqsija tiegħu biex tkun għal dejjem martu … u ftit li xejn damet taħsibha qabel qaltlu ‘Iva’ b’bewsa quddiem udjenza ta’ 38,000.