Lokali

Għas-servizz SOAR: Appell biex jinġabru €15,000

Appell biex jinġabru €15,000 b’risq it-tranġar ta’ saqaf ta’ dar li se sservi ta’ għajnuna kbira lil dawk in-nies li ħarġu minn relazzjoni abbużiva.

Il-Fondazzjoni Jeanne Antide qed taħdem sabiex tikkonverti dar antika f’Ħal Tarxien fi spazju adekwat biex minnha jkun jista’ jiġi offrut is-servizz SOAR – kunċett innovattiv imexxi minn nisa li ħarġu minn relazzjoni abbużiva.

SOAR qed jaħdem fuq kunċett kontinwu ġdid biex jgħin lin-nisa li ħarġu minn relazzjoni abbużiva biex persuna tkun tista’ tibda’ ħajjitha mill-ġdid. Tkellimna mal-Ispettur Charlotte Curmi fejn qaltilna aktar dwar il-ħtieġa li jiżdied aktar il-ħarsien fuq dan is-suġġett.

L-Ispettur Charlotte Curmi fejn appellat għall-għajnuna tal-pubbliku, fejn bħalissa l-aktar li hu importanti hu li jinġabru mal-€15,000 biex jitranġa s-saqaf, fost l-oħrajn il-bjut, it-travi u x-xorok ta’ din l-istess dar.   

Il-project officer, l-Ispettur Charlotte Curmi kompliet tisħjeha x’tip ta’ servizzi se jkunu qed jiġu offruti minn dan l-ispazju ġdid.

SOAR se jibqa’ jappoġġja lin-nisa u jgħinhom ikompli jibnu l-fiduċja fihom infushom u jkunu kapaċi jfendu għal rashom fil-ħajja inkluż finanzjarjament.  Hija qalet li l-abbuż f’ċirkustanzi bħal dawn isir b’mod finanzjarju, mentali, u fiżikali. Fost oħrajn numru ta’ każijiet dawk li jkunu taħt l-abbuż, ma jkunux jistgħu jirrikonoxxu l-problema għax ma jkunux jafu għajr dik it-triq.

Hija sostniet li l-ħidma ta’ din id-dar se tibqa’ tkun biex tgħin lil dawn in-nisa fl-aktar mumenti vulnerabbli, u li ġġibhom indipendenti.

Dawk kollha li jixtiequ jagħmlu xi forma ta’ kontribut jistgħu jagħmlu kuntatt fuq il-paġna ta’ Facebook, iżuru Ċentru Antida, 51 Tarxien Road, Ħal Tarxien, jew billi jagħmlu kuntatt fuq dawn in-numri: 21809011, 99927872.

Filmat: Steve Psaila.