Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart, seħħ inċident stradali fi Triq l-Għarb, l-Għasri, Għawdex fejn ġuvni ta’ 17-il sena sofra minn ġrieħi gravi.
Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-ġuvni li huwa Franċiż kien milqut minn vettura tat-tip Toyota Tercel misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti x-Xagħra, Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjien.
//= $special ?>