Lokali

“Irridu Malta fejn ħadd ma jbati u jkun eskluż” – Marie Louise Coleiro Preca

Il-President tfaħħar il-maturita' tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista

“Kien privileġġ għalija li nservi bħala l-President tagħkom u jien tassew grata lejn ir-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament fejn għall-ewwel darba n-nomina tal-President ta’ Malta kien hemm qbil unanimu dwarha, kemm mill-gvern kif ukoll mill-oppożizzjoni, minkejja li kont ġejja min-naħa tal-gvern”.

Hekk sostniet il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca f’nota li ppubblikat dalgħodu hekk kif nhar il-Ħamis jiġi fi tmiemu t-terminu tagħha fil-Presidenza.

F’messaġġ imqanqal, hi qalet li “uliedna jixtiequna magħqudin u jridu minn Malta pajjiż fejn ħadd ma jbati u jkun eskluż. Uliedna jriduna nirrispettaw lil xulxin. Uliedna ma jridux ġlied iżda jridu li Malta tagħna tilqagħhom u tagħtihom is-serenità f’qalbhom u f’moħħhom”.

Hi awgurat ukoll lit-tabib George Vella fl-irwol ġdid tiegħu bħala l-President ta’ Malta.