“L-Awtorità tal-Ippjanar qed tħajjar lin-nies biex jużaw il-karozzi privati tagħhom u jżidu t-tniġġis fl-arja … minflok issib soluzzjoni għal pajjiżna.”
Dan kien kliem diversi rappreżentanti li qed jipprotestaw kontra l-Awtorità tal-Ippjanar.
Iddikjara li minkejja li l-Gvern qiegħed jimbotta ż-żieda ta’ karozzi elettriċi, jidher li dan huwa biss daħqa fil-wiċċ hekk kif iż-żieda tal-pompi tal-petrol qed iħeġġu biex iktar nies jużaw il-karozza privata tagħhom.
Dan il-Moviment flimkien ma’ numru ta’ għaqdiet oħra qed jitolbu biex il-Fuel Service Station Policy tkun riveduta. F’dan il-policy hemm projbizzjoni tal-pompi tal-petrol fuq art ODZ.
Fl-aħħar jiem, il-Moviment Graffiti wera l-inkwiet tiegħu u membri tiegħu semmgħu leħinhom iżda dawn baqgħu njorati. Semmew fost oħrajn il-problema tat-traffiku u ż-żieda tal-karozzi – madwar 78 karozza kuljum iżjed fit-toroq Maltin. Studji li saru juru li dan qed iwassal għal diversi mard bħal allerġiji u kanċers.
Hekk kif il-protesta tagħhom quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar kompliet ukoll il-Ħadd, f’festa pubblika, Stanley Farrugia Randon minn Din l-Art Ħelwa saħaq li l-Gvern qed idaħħal iktar nies barranin ġewwa pajjiżna, bl-ammont ta’ karozzi f’pajjiżna iktar ma jmur iktar qed jiżdied. Hu saħaq li Malta qed issir biċċa konkos.
Minn naħa tiegħu, Martin Galea De Giovanni mill-għaqda Friends of the Earth Malta saħaq li f’pajjiżna hemm bżonn sistemà ta’ trasport pubbliku tajba u affordabbli għal kulħadd. Hu żied jgħid li l-bini għoli li tiela’ u l-ammont ta’ karozzi li qed jiżdiedu ta’ kuljum qed ikisser lil din il-gżira.
Sadattant il-Moviment Graffitti ħabbar li l-protesta ‘Kamp Assedju PA’ se tkompli b’mod indefinittiv hekk kif il-membri saħqu li hemm diversi nuqqasijiet minn naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Ħeġġew biex kull ċittadin iqum u jieqaf lill-awtoritajiet biex ma tibqax issir il-ħsara li qed issir.
//= $special ?>

