SLIEMA W………… 0
BIRKIRKARA…… 1
Sliema: T. Aquilina, M. Sansone, K. Shaw, S. Biancardi, N. Ashong, M. Muchardi, R. Fenech (M. Scerri 70’), C. Pani, J. Mintoff (K. Amehi 59’), Y. Marzouk, I. Varela
Birkirkara: A. Hogg, D. Chapoval, N. Vukanac, E. Ferreira, M. De Siqueira (C. Attard 75’), J. Bezzina, M. Andelkovic, M. Vella, K. Zammit (C. Failla 72’), J. Pereira da Silva (M. Mifsud 63’), L. Montebello
Imwissija: R. Fenech 42’, C. Pani 45’ (S), M. Vella 76’ (B)
Skorjaw: L. Montebello 92’ (B)
Referee: Laurent Kopriwa (Lussemburgu)
Assistenti Referees: Joaquim Da Silva, Hansen Tom (Lussemburgu)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ryan Fenech (Sliema Wanderers)
Gowl fl-aħħar żewġ minuti tal-logħba ta rebħa importanti lil Birkirkara li biha telgħu punt taħt ir-raba’ post li qed jokkupaw Ħamrun Spartans. Kien proprju mil-logħba tal-ewwel rawnd li Birkirkara kienu ilhom ma jirbħu kontra tim mill-ewwel nofs tal-klassifika.
Din l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija teknika ta’ Mark Buttigieg waslet fl-aktar mument li Birkirkara dehru li mhux se jirbħu. Tul il-logħba l-Karkariżi naqsu li jimponu l-logħba u joħolqu okkażjonijiet kbar quddiem il-lasta avversarja.
Sliema għandhom jitfgħu l-ħtija fuqhom hekk kif kienu l-aktar tim bl-inizjattiva u f’diversi okkażjonijiet setgħu għamlu ferm aħjar quddiem il-lasta. Din it-telfa wara xahrejn u nofs kienet l-ewwel waħda taħt it-tmexxija ta’ Stefano Maccoppi.
L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet tant li l-uniċi azzjonijiet waslu qrib in-nofs siegħa logħob fuq in-naħa ta’ Birkirkara. Fis-27 minuta xutt ta’ Maurizio Vella għadda ferm għoli u żewġ minuti wara, Luke Montebello tefa’ kross perikoluż fil-baxx mix-xellug lejn Jorge Pereira da Silva iżda Stefano Biancardi kien providenzjali biex tajjar fil-ħin.
Sliema ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u ħolqu żewġ opportunitajiet fi ftit minuti. Fit-48 minuta Ryan Fenech prova b’xutt djagonali fil-baxx li għadda ftit barra, biex minuta wara f’kontrattakk tajjeb, Fenech fetaħ lejn Younes Marzouk li avvanza f’qagħda tajba iżda x-xutt finali spiċċa f’idejn Andrew Hogg.
L-aħjar azzjoni ta’ Birkirkara fil-partita seħħet fit-62 minuta bi kross preċiż ta’ Johann Bezzina lejn Marcelo De Siqueira li prova b’daqqa ta’ ras fuq il-ġirja iżda t-tentattiv spiċċa ftit barra.
Fid-69 minuta xutt ta’ Younes Marzouk għadda barra u fuq in-naħa l-oħra Timmy Aquilina salva f’darbtejn mingħajr problemi xutt ta’ Luke Montebello. Ċans għal Birkirkara fis-76 minuta b’xutt fil-baxx tas-sostitut Cain Attard ġie salvat minn Aquilina.
Fl-aħħar minuti, Birkirkara kienu aktar fil-fażi difensiva, b’Sliema jagħfsu aktar għall-gowl tar-rebħa. Iżda kien fit-92 minuta li kontra kull mistenni Birkirkara skorjaw il-gowl tar-rebħa. Kien kross fil-baxx ta’ Cain Attard li għadda tul il-lasta, Michele Sansone waqqaf parzjalment il-ballun, b’LUKE MONTEBELLO jkun pront biex spara fis-saqaf tax-xibka.
//= $special ?>