Napoli umiljaw lil Roma fl-Olimpico b’rebħa kbira ta’ 4-1 grazzi għall-partita kbira li għamlu Dries Mertens, Arkadiusz Milik u Simone Verdi. Id-“Derby del Sole” kienet il-partitissima tal-ġurnata bejn it-tim li jinsab fil-ħames post u t-tim li jinsab fit-tieni post tal-klassifika.
Alessandro Florenzi, Stephan El Shaarawy u Lorenzo Pellegrini kienu mweġġa’ filwaqt li Nicolò Zaniolo qed isofri minn virus fl-istonku, u għalhekk Claudio Ranieri kellu jkun kostret tli jilgħab formazzjoni ta’ 4-2-3-1. Piotr Zielinski kien sospiż għal Napoli, li minn naħa tagħhom kienu mingħajr Lorenzo Insigne, Raul Albiol, Amadou Diawara, Faouzi Ghoulam, Vlad Chiriches u David Ospina.
Napoli ma setax ikollhom bidu aħjar meta wara biss żewġ minuti, Arkadiusz Milik poġġihom fil-vantaġġ. Kien pass tajjeb mid-difiża ta’ Simone Verdi, Milik ikkontrolla bil-lemin u dahar tajjeb biex poġġa l-ballun fis-saqaf tax-xibka bix-xellug.
Steven Nzonzi kellu daqqa ta’ ras li marret barra minn kross ta’ Bryan Cristante. Roma bdew jintilfu fil-ġid f’dawn il-mument, anke jekk f’kontrattakk, Robin Olsen kellu jippanċja attentat ta’ Verdi minn qagħada tajba wara xogħol tajjeb ta’ Dries Mertens.
Minn naħa tagħhom Napoli fallew wkoll xi okkażjonijiet u nqabdu ftit qabel il-mistrieħ, meta Nzonzi niżżel kross lejn Schick, li antiċipa lil Alex Meret li twaqqa’ fil-kaxxa. Diego Perotti ġab id-draw għat-tim mill-kapitali kontra x-xejra tal-logħob.
Kien biss mument għax, Napoli reġgħu marru minn fuq fit-tieni taqsima, meta Mertens raha x-xutt tiegħu devjat, iżda daħal b’xi mod Callejon fil-kaxxa– b’ Mertens jidħol għall-appuntament u ma jfalliex..
Milik għal daqxejn ma skorjax ieħor ftit wara fuq assist ta’ Mertens, iżda grazzi għal Federico Fazio li mblokka l-azzjoni. Din kienet biss twissija , għax Napoli skorjaw ieħor permezz ta’ kontrattakk Fabian Ruiz mix-xellug jagħmel ix-xogħol u Verdi ikkontrolla biex skorja mill-viċin.
Mertens u Elseid Hysaj it-tnejn kellhom joħorġu mweġġa’ u Olsen għamel save tajjeb fuq free-kick ta’Milik. Roma setgħu skorjaw meta daqqa ta’ ras ta’ Nzonzi ħabat mal-mimduda. Reġa’ kien hemm nuqqas ta’ kommunikazzjoni fid-difiża ta’ Roma għar-raba’ gowl tan-Napoli, hekk kif is-sostitut Amin Younes daħal tajjeb minkejja ssikkat biex jagħmilhom 4-1. Din hija l-ewwel darba li Roma qalgħu erba’ f’darhom fil-kompetizzjonijiet kollha sa minn Ottubru tal-2014 kontra Bayern Munich.
Fil-partita l-oħra Atalanta għelbu lil Parma barra minn darhom fejn minkejja li Gervinho għamilhom 1-0 wara biss tmien minuti għal Parma, Atalanta għamluhom 1-1 fl-24 minuta minn Mario Pasalic, Duvan Zapata kwarta mit-tmien jagħmilhom 2-1 filwaqt li għal darba oħra Zapata fid-90 minuta ssiġġilla r-rebħa.
Fiorentina u Torino qasmu l-ounti fi draw ta’ 1-1 fejn kienu l-Viola li fetħu li skor minn Giovanni Simeoni wara biss seba’ minuti b’Daniele Baselle iġib id-draw fl-34 minuta. Sadanittant Spal marru għand Frosinone u rebħu b’gowl uniku ta’ Francesco Vicari.
F’darhom Bologna għelbu lil Sassuolo 2-. Minn penalu fit-68 minuta kien Erick Pulgar li fetaħ li skor iżda Jeremie Boga ġab id-draw fid-90 minuta għal Sassuolo u meta kollox kien jindika li il-punti se jinqasmu Mattia Destro fil-ħin miżjud ta r-rebħa lil Bologna.
Inter komplew juru l-inkonistenza meta tilfu f’darhom 1-0 kontra Lazio b’gowl ta’ Milinko Savic fit-13-il minuta. Minkejja li kellhom aktar mill-logħob l-Inter ma għarfux jisfruttaw. Kellhom 61 fil-mija persentaġġ ta’ logħob u attakkaw bla heda, imma kienu wisq fjakki quddiem .
//= $special ?>