Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa, Malta ospitat żewġ tiġrijiet mill-kampjonat tal-Mediterran. Fihom hadu sehem sewwieqa minn Malta, Franza, Italja, Rumanija, Algerija, Russja u Serbja. Malta kienet rappreżentata minn Noel Baldacchino li rnexxilu jirbah iz-zewg heats. Barra dan matul l-istess laqgha nghata l-bidu ghat-Tazza tal-Presdent ghal żwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’sitt heats fuq distanza twila ta’ 2640m. Din kienet l-erbatax -il laqgha tal-istagun fuq ghaxar tiġrijiet tat-trott.
Fl-ewwel heat mill-kampjonat tal-Mediterran is-sewwieqa saqu żwiemel mill-klassi Bronze. Din saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u fiha Noel Baldacchino, ir-rapprezentant Malti, kien il-hin kollu quddiem bil-Franciz Chahuteur. Dan temm rebbieh minn Ulysse Royal (Eman Attard), Tony Boy (Boris Kecenovic – SER) u Altesse Atout (Victor Burulev – RUS).
Fit-tieni heat internazzjonali, ghal żwiemel tal-klassi Silver, Baldacchino uza l-istess tattika. Hu mar quddiem sa mill-bidu nett permezz tal-Amerikan Doneisdone u rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel wara li fl-ahhar metri xejjen l-isfida ta’ Big Finish (Rodney Gatt). Apollon De Suce (Martin Cormy – FRA) u Midnight Passion (Victor Burulev) dahlu warajhom f’dik l-ordni.
B’hekk Baldacchino gie dikjarat rebbieh tal-ewwel stadju, b’punti massimi, 24 punt u quddiem ir-Russu Burulev u l-Franciz Cormy b’erbatax -il punt. Fi tmiem dawn il-heats, Lorraine Cunningham, media officer tal-Malta Racing Club ippreżentat lil Noel Baldacchino u lis-sidien taz-zwiemel rebbieha, tifkira tal-kampjonat
Mis-sitt heats tat-Tazza l-Kbira, organizzata bl-ghajnuna tal-Bank of Valletta, 24 ziemel ghaddew ghas-semifinali. Fl-ewwel wahda, Until Oaks (Noel Baldacchino) li kien ghal hafna hin quddiem, ċeda fl-ahhar meta nqabez minn Glenn Boko (Rodney Gatt) li ha t-tielet rebha nfila minn Boys Going In (Andrew Farrugia).
It-tieni heat Premier kienet ikkatterizzata minn tmiem inċert bejn Paparazzi (Mark Bonnici) li kien ghal hafna metri quddiem u Ungaro d’Eva (Cliferty Calleja) li halla kollox ghall-ahhar metri. Kien il-Franciz ta’ Calleja li rnexxielu bi ftit jiehu l-ewwel rebha fi xtutna.
Id-debuttant Un Carless Blue (Noel Baldacchino) li ha l-kmand dawra mit-tmiem tat-tielet heat tat-Tazza l-Kbira, inqabeż f’nofs id-dritta finali mill-favorit Up And Go (Rodney Gatt). Tip Chip (Clint Vassallo) temm it-tielet. Ghal Up And Go dan kien ir-raba’ suċċess minn daqstant tiġrijiet f’Malta.
Fir-raba’ heat, Cailin Borg poġġa lill-Amerikan Lincoln Lawyer quddiem dawra mit-tmiem. Dan żamm l-ewwel post sal-linja finali biex b’hekk ha t-tieni rebha konsekuttiva bi ftit minn Un Amour Du Pont (Andrew Farrugia) u Cadabra Tooma (Jesmar Gafa’).
Wara diversi pjazzamenti fit-tieni post, kien il-Franciz Axel Tilly (Julian Farrugia) li rnexxilu jikseb l-ewwel rebha f’Malta fil-hames heat. Dan wara li kien il-hin kollu quddiem u temm rebbieh quddiem Tallien (Melvin Farrugia) u Amour Du Loup (Michael Ellul).
F’idejn il-popolari Belgjan Joseph Verbeeck, kien il-Franciz Uttingeois li akkwista t-tieni rebha f’Malta fl-ahhar heat u wara li żied il-pass matul l-ahhar 500m. Uttingeois temm rebbieh quddiem Upman (Noel Baldacchino), Urido d’Alban (Mario Fenech) u Uno Dancer (Rodney Gatt) li kienu l-ahhar żwiemel li ghaddew ghall-fazi li jmiss.
Ir-rizultati kollha
I Tigrija. SemiFinali Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Diego JYL (J. Zahra) Hin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Banzi MJ (C. Camilleri) 3. Panda Des Fleches (C. Magri) 4. Divonne (S. Grixti) 5. Cherie De Noyelles (C. Calleja) 6. High Handed (T. Demanuele)
II Tigrija. SemiFinali Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Delice Majyc (D. Hili) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Crown Lady (R. Gatt) 3. Nilema (D. Baldacchino) 4. Enjos TS (S. Vassallo) 5. Petrus Du Vivier (Ch. Cassar) 6. Reader JYL (T. Demanuele)
III Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Hin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Boys Going In (A. Farrugia) 3. Until Oaks (N. Baldacchino) 4. Ultra De Vindecy (M. Ellul)
IV Tigrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Chahuteur (N. Baldacchino) Hin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Ulysse Royal (E. Attard) 3. Tony Boy (B. Kecenovic – SER) 4. Altesse Atout (V. Burulev – RUS)
V Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Ungaro d’Eva (C. Calleja) Hin – 3.17.4” (1.14.8”) 2. Paparazzi (M. Bonnici) 3. Cuba Cohiba (J. Verbeeck – BEL) 4. I Won’t Dance (C. Vassallo)
VI Tigrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Doneisdone (N. Baldacchino) Hin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. Big Finish (R. Gatt) 3. Apollon De Suce (M. Cormy – FRA) 4. Midnight Passion (V. Burulev – RUS)
VII Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Up And Go (R. Gatt) Hin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Un Carless Blue (N. Baldacchino) 3. Tip Chip (C. Vassallo) 4. Dewey Luvs Britt (J. Farrugia)
VIII Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Lincoln Lawyer (C. Borg) Hin – 3.16.6” (1.14.5”) 2. Un Amour Du Pont (A. Farrugia) 3. Cadabra Tooma (J. Gafa’) 4. Dreams Take Time (P. Spiteri)
IX Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Axel Tilly (J. Farrugia) Hin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Tallien (M. Farrugia) 3. Amour Du Loup (M. Ellul) 4. Sandsjons Revenue (M. Borg)
X Tigrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Uttingeois (J. Verbeeck) Hin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Upman (N. Baldacchino) 3. Urido d’Alban (M. Fenech) 4. Uno Dancer (R. Gatt)
//= $special ?>