Lokali

Toroq diżastru u perikolużi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar u tkellem mar-residenti fi Triq Rinella l-Kalkara u esprima solidarjeta’ magħhom għall-fatt li ilhom ilsiera ġewwa darhom kawża ta’ xogħolijiet li qed jieħdu fit-tul ħafna.

Ir-residenti semmew kif tul il-ġimgħat li għaddew huma sofrew ħafna minħabba l-maltemp li għamel. Kawża tax-xogħolijiet, ħafna ilma daħal fir-residenzi privati u barra minn hekk, kienu ukoll rappurtati inċidenti ta’ persuni li weġġgħu minħabba l-ammont ta’ ġebel u ħofor li jinsabu f’din it-triq.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li din hija irresponsabbilta’ li għal darb’oħra qed turi l-inkompetenza tal-Kunsill Lokali laburista, inkompetenza li qed twassal biex ibatu r-residenti tal-Kalkara.