Lokali

9 sigħat stennija għall-passiġġieri fuq titjira tal-Air Malta

F’dik li tidher li hi antiċipazzjoni tas-sitwazzjoni li se jiffċċjaw il-passiġġiera tal-Air Malta fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin, dawk il-passiġġiera li kellhom jaslu Malta bit-titjira tal-linja Nazzjonali KM513 minn Katania f’nofs il lejl ta fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, fil-fatt spiċċaw waslu Malta ftit wara d-9.30a.m. tat-Tnejn.

Dan wara li, skont sorsi tagħna, l-ajruplan li kellu jopera t-titjira kien mikri, u mal-wasla tiegħu f’Malta biex jibda’ l-vjaġġ lejn Katania u Vjenna li kellha titlaq sbieħ il-Ħadd, żviluppatlu ħsara u spiċċa telaq tard. Dan hu fatt tat-tħassib hekk kif l-Air Malta se jkollha ddur għall-kiri ta’ ajruplani l ijkunu ilhom jibdlu l-idejn.

It-titjira tidher li kienet mimlija.

It-titjira minn Catania tidher li hija xempju ta’ dak li ġej hekk kif skont sorsi qrib l-Air Malta, se jkun pratikament impossibbli li l-flotta ta’ ajruplani li qed taħdem bihom l-Air Malta tagħti servizz effiċċjenti bin-numru ta’ rotot li żdiedu fl-aħħar ġimgħat.

Dan ifisser li l-passiġġiera li nqabdu Catania mhux se jkunu l-uniċi li jkunu qattgħu is-sigħat jistennew f’ajruport. u minkejja li ħafna minnhom xtaqu li din kienet biss ċajta tal-1 t’April, sfortunatament għalihom ma kienitx.