Sport Sport Ieħor

Eliminazzjoni bikrija għal Mark Selby fl-Open taċ-Ċina

(Ritratt: Getty Images)

Mark Selby kien eliminat b’sorpriża fil-fażi tal-kwalifikazzjoni fl-Open taċ-Ċina b’telfa ta’ 6-3 kontra Craig Steadman. B’hekk intemmet il-ħolma tiegħu li jikseb it-tielet suċċess konsekuttiv f’Beijing u konsegwenza ta’ din l-eliminazzjoni bikrija, Ronnie O’Sullivan se jkun is-sid numru wieħed fil-Kampjonat tad-Dinja.

Selby li hu rebbieħ tal-Open taċ-Ċina fl-2015, fl-2017 u fl-2018 qatt ma ħa kontroll tal-logħba mill-Ingliż li niżel fit-92 post fir-rankings d-dinja. Hu tilef tliet frames konsekuttivi biex spiċċa 5-3 minn taħt. Steadman għamel breaks ta’ 77, 108 u 86.

Selby kien ilu fl-ewwel post għal madwar erba’ snin iżda din l-eliminazzjoni kmieni se twassal biex jipprepara aħjar għall-Kampjonat tad-Dinja f’Sheffield li jibda fl-20 ta’ April.