Internazzjonali

Erdogan jitlef il-kontroll ta’ Ankara

L-elezzjonijiet lokali fit-Turkija ġabu riżultati mħallta għall-partit tal-President Erdogan. Dan hekk kif l-AKP rebħu l-maġġoranza tal-voti b’mod kollettiv, iżda tilfu bliet importanti – fosthom il-kapitali Ankara.

Fil-fatt, wara 16-il sena fil-kontroll ta’ Ankara l-AKP tilfu l-maġġoranza fil-kapitali, f’elezzjoni li kienet meqjusa bħala “referendum” għat-tmexxija ta’ Erdogan.

Aktar minn 57 miljun persuna kienu eleġibbli biex jivvutaw għas-Sindki u l-kunsillieri fl-ibliet kollha madwar it-Turkija.