Meta kienet qed titkellem fuq l-Abozz ta’ Liġi biex titwaqqaf awtorita’ dwar il-kommunikazzjoni, id-Deputata Nazzjonalista Maria Deguara qalet li hemm ħafna xi jsir favur il-persuni b’diżabilita’ u anke pensjonanti, sa minn titjieb fil-pensjoni u titjien ieħor li jinkludin aċċessibilita’ li għandu jkollhom f’diversi setturi.
Hija bdiet biex issemmi li dan l-ATT għandu jieħu ħsieb lil persuni b’diżabilita’ fuq diversi binarji fosthom l-użu tal- mobajls, li jkunu “user friendly” għalihom skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem qablu biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu, aħseb u ara kemm għandna ngħamlu dan għal persuni b’diżabilita’. Qalet li jekk nonqsu li ninfurzaw ħafna mill-liġijiet favur dan il-persuni, jkun hemm min ibati.
Deguara qalet li inutli li l-Awtorita tagħmel tidbil fil-web-sites tagħha jekk ma tieħux ħsieb lill-persuni b’diżabilita, allura irid isir minn kollox li dak kollox li għandu x’jaqsam mal-e communications ikun “disability friendly”.
Fi tmiem il-ġimgħa qalet li hija attendiet konferenza ġenerali tal-ġenituri ta’ persuni b’diżabilita’. Kemm il-darba tkellmet magħhom dwar l-importantanza li fl-iskejjel jidħlu LSA’s biex jgħinu lil uliedhom, kemm fejn hemm minnhom fis-settur pubbliku u oħrajn mas-settur privat.
Dawn qegħdin jiġu mgħejjuna mill-LSA’s jiżviluppaw il-kwalitajiet tagħhom. Peo meta titkellem ma’ ġenituri ta’ dawn il-persuni, ħafna jgħidu kemm huma LSA’s huma kapaċi. Qalet li anke l-istess LSA’s jaqblu dwar dan. U jingħad ħafna li ħafna minnhom qegħdin hemm biex iżommu t-tfal kwieti.
Id-Deputat Deguara qalet li mhijiex tagħti tort lil LSA’s imma aħjar wieħed jara il-korsijiet li dawn qegħdin jingħaatw għal ftit xhur jew oħrajn ta’ aktar minn sena. Minkejja d-differenza tal-korsijiet dawn it-tnejn jissejjħu LSA’s. Anke l-pagi huma l-istess, allura staqsiet fejn huwa l-inċentiv.
Qalet li għandhom isiru korsijiet biex ikunu mgħarfa sew dwar id-diżabilita’ tal-persuna u x’se jkun ir-rwol tagħha kif tista’ tgħin lil persuna b’diżabilita’. Jekk isir hekk inkunu qed ngħinu lil LSA u lil persuni b’diżabilita, għax inkunu qed ngħinhom biex isiru aktar professjonali.
Mhux biss jidħlu LSA’s ġodda, hemm bżonn, imma li jkunu ta’ kwalita’ aħjar u li dawn għandhom jingħataw għodda mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u li jingħataw l-għodda biex jaħdmu aħjar. Min ma jkunx kuntent f’xogħolu ma jistax jagħti l-aħjar u min ibati? Dawk li għandhom diżabilita’ fiżika jew mentali.
Id-Deputata Nazzjonalista qalet li kull Gvern jipprova jgħin u kull inizzjattiva għandha tkun imfaħħra, pero hemm ħafna nuqqassijiet. Kuntenti li jinħoloq servizz ġdid, imma xi kultant dan isir mingħajr ma nantiċipaw għalih. L-affarijiet iridu jsiru fuq livell għoli. Investiment għaqli u dan sabiex persuna tkun tista’ tgħix b’mod indipendenti.
Wara għaddiet biex titkellem dwar is-sussidji li kienu jingħaatw lil Inspire, u dan kien jidher li waqaf. Wara domanda li kienet għamlet fil-Parlament ħareġ li dawn kellhom jerġgħu japplikaw mill-ġdid. Ir-risposta kienet mill-Gvern li wara diskussjonijiet estensivi, ħareġ li jrid isir kuntratt ġdid u jekk hemm bżonn il-ġenituri jikkominkaw mal-iskola.
Hija qalet imma dawn ma jafux x’se jiġri, jew x’qed jiġri u hemm ġenituri li qed jibgħatu lil uliedhom bżdiżabilita’ privat, b’piż finanzjarju qawwi u piż akbar fuq il-familja. Kien ikun aktar f’waqqtu li kieku l-Gvern bagħat għall-ġenituri u jgħidilhom fuq il-kuntratt ġdid.
Qalet li qed ngħixu fi żmien ta’ surplus u għalhekk suppost hemm bżonn li aktar inħajjru professjonisti ġodda għax fil-privatm hawn kemm trid imma mal-Gvern għal raġunijiet ovvji ta’ ħ;as ma jkunux jridu jidħlu.
Deguara qalet li min ma jiflaħx iħallas m’għandux għażla, din hija nġustizzja għal dawk li ma jistgħux u għalhekk wasal iż-żmien li int min int għandek id-dritt li tieħu l-istess aċċess bl-għajnuna tal-Gvern.
Wara għaddiet biex titkellem dwar ir-rwol ta’Transport Malta. Qalet li qed isiru bankini ġodda li mhumiex aċċessibbli għal persuni b’diżabilita u anke għal anzjani, lanqas mhuma tajbin għal “wheel chairs” u għalhekk persuni vulnerabbli qed jiġu żvantaġġjati.
Deguara qalet li il-Gvern stess qed jammetti li l-anzjani mhux sejrin tajjeb. Dan l-aħħar ħarġet skema mill-Gvern li anzjani jistgħu jissellfu fuq darhom jekk jiġu f’sitwazzjoni ħażina. Din hija ammissjoni li l-ħajja tagħhom mhux komda.
Flok irranġjna lilhom, għażilna l-eħfef triq, li ndaħħluhom f’dejn fl-aħħar ta’ ħajjithom. Appellat li jitilgħu l-pensjoniiet għal persuni b’diżabilita u anke għal anzjani. Irridu ngħinu biex jiġu nfurzati l-liġijiet eżistenti u jgħaddu liġijiet ġodda għal aktar għajnuna.
//= $special ?>